Biża’ ta’ bomba f’ajruplani mill-Eġittu għall-Ingilterra

Numru ta’ titjiriet minn Sharm el-Sheikh fl-Eġittu għall-Ingilterra kienu ttardjati minħabba biża’ li l-ajruplan Russu twaqqa’ minn apparat splussiv.
It-titjiriet kollha li kellhom jitilqu llejla minn Sharm el-Sheikh, post popolari ferm mat-turisti, għall-Ingilterra, kienu ttardjati.
Downing Street qalet li dan id-dewmien sar sabiex tim ta’ esperti Ingliżi jilħqu jevalwaw sew is-sitwazzjoni ta’ sigurtà.