“Bit-tlajja’ u nżul imxejna ħafna flimkien” – Fabian lil Ivana

Ġurnata speċjali għall-attur Fabian Scerri De Carlo u martu Ivana li llum qed jiċċelebraw 26 sena miżżewġa. Huwa żżewġu nhar l-4 ta’ Diċembru tal-1994. Il-koppja għandhom żewġt ulied, Kelly u Kylie.

Għal din l-okkażjoni Fabian iddedika messġġ lil martu fejn qal li jħossu mbierek li qasam magħha dak li l-ħajja għandha x’toffri.

Żied jgħid ukoll li bit-tlajja’ u nżul imxew ħafna flimkien fil-ħajja.

De Carlo ħadem f’għadd kbir ta’ produzzjonijiet televiżivi u teatrali u bla dubju li l-aktar karattru li jibqa’ assoċjat miegħu hemm dak tal-Avukat Gawdenz Bilocca.

Ma nistgħux ma nsemmux ukoll bosta produzzjonijiet oħra li hu ħadem fihom fosthom ir-remake tas-sensiela F’Baħar Wieħed, u l-erba’ staġuni tas-sensiela F’Salib It-Toroq, kif ukoll Ħbieb u Għedewwa, Kristu tal-Kerrejja u anki Vittmi, li kien l-aħħar xogħol televiżiv li kiteb Lino Grech.

Vawguraw l-isbaħ xewqat lil Fabian u lil Ivana għal aktar snin ta’ mħabba u rispett.