Biskuttini tal-lumi u l-cranberries

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

300g self-raising flour

kuċċarina baking powder

150g icing sugar

50ml żejt veġetali

50ml butir imdewweb

100g cranberries nixfin, imħollija għal lejl fil-meraq ta’ nofs lumija

qoxra maħkuka ta’ lumija mħallta tal-meraq ta’ nofs lumija

bajda mħabbta

kuċċarina essenza tal-vanilla

Metodu

Saħħan il-forn għal 180˚Ċ

F’bieqja ħallat flimkien id-dqiq, il-baking powder u l-icing sugar.

F’bieqja oħra ħallat tajjeb iż-żejt u l-butir imdewweb.

Żid l-essenza tal-vanilla mal-bajda mħabbta.

Itfa’ din it-taħlita mat-taħlita tad-dqiq.

Żid il-cranberries, il-meraq tal-lumi u l-qoxra maħkuka tal-lumija.

It-taħlita għandha tiġi ddellek imma magħquda biżżejjed biex tifforma blalen biha.

Poġġi fuq dixx tal-forn miksi b’karta strazza.

Sajjar fil-forn għal 30 minuta.

Meta jiksħu roxx fuqhom ftit icing sugar.