Birra ġdida Maltija għal Valletta 2018

L-MCAST, b’kollaborazzjoni mal-kumpanija The Brew, għadu kif nieda birra Maltija ġdida, il-birra uffiċjali tal-Valletta 2018, il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Dan il-proġett ġie mmexxi mill-istudenti tal-MCAST li qed isegwu l-kors Advanced Diploma in Food Technology fl-istitut tax-xjenza, flimkien ma’ produtturi lokali tal-birra. Flimkien dawn ikkollaboraw biex jipproduċu birra tal-ogħla kwalità bil-għan li din il-birra tolqot kemm is-suq lokali kif ukoll dak internazzjonali.
L-idea oriġinat mill-organizzaturi tal-kors, li huwa mifrux fuq sentejn u li joffri taħriġ fuq analiżi tal-ikel, il-manifattura tal-ikel, sigurtà fl-ikel, accounting u disinn tal-prodotti. Dan il-programm iħejji studenti biex isibu xogħol mal-industrija tal-manifattura tal-ikel u x-xorb, kemm SMEs, kif ukoll dawk medji u kbar.
Il-birra uffiċjali, bl-isem Gallery se tiġi mqassma f’diversi stabbilimenti madwar Malta.