​Birkirkara jitilgħu fil-quċċata tal-kampjonat tal-futbol tan-nisa

Rebħa tajba ta’ 5-0 għal Birkirkara fuq Kirkop United, li poġġiethom waħedhom fil-quċċata b’27 punt.
Hibernians b’24 punt, jibqgħu jiġru wara l-liders, meta għelbu lil Raiders (Luxol) bl-iskor ta’ 3-0.
B’rebħa minima ta’ 1-0 fuq Swieqi United, Mgarr United jitilgħu fit-tielet post b’19-il punt daqs Raiders (Luxol).
Hamrun Spartans għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 2-1, sabiex issa għandhom 12-il punt, li jfisser tliet punti inqas minn Kirkop United.
Lija/Iklin jibqgħu mwaħħlin fl-aħħar post tal-klassifika mingħajr punti, meta ġew megħluba minn Tarxien Rainbows bl-iskor ta’ 3-0.
Tarxien Rainbows issa għandhom 9 punti, tliet punti wara Hamrun Spartans.
Nhar it-Tlieta li ġej ikollna dawn il-partiti:
Mgarr United vs Tarxien Rainbows
Birkirkara vs Pembroke Athleta
Lija/Iklin vs Sliema Wanderers
Hibernians vs Kirkop United
Hamrun Spartans vs Raiders (Luxol)