Birdlife u CABS jitolbu iktar infurzar kontra l-insib illegali

Birdlife Malta u CABS fi stqarrija konġunta kkritikaw in-nuqqas ta’ infurzar dwar l-insib illegali u talbu għal iktar preżenza spissa tal-Pulizija fil-kampanja.

Iż-żewġ għaqdiet qalu li fl-aħħar ġimgħa tim ta’ sorveljanza irnexxielu jaqbad bil-filmati u irrapporta minn tal-inqas 15-il nassab madankollu il-pulizija ressqet biss tnejn. L-iktar zoni li fihom instabu trappoli tal-insib kienu f’Għawdex, f’Miġra l-Ferħa, Fomm ir-Riħ, Ħad-Dingli, Ta’ Baldu, Ħal-Far u f’Delimara.

L-istqarrija tkompli tgħid li s-sitwazzjoni preżenti turi li n-nassaba ftit li xejn huma inkwetati mill-passi ta’ prosekuzzjoni li suppost jittieħdu fil-konfront tagħhom.