BirdLife tistieden lill-pubbliku għall-kamp annwali

BirdLife Malta qed tistieden lill-pubbliku biex jieħu sehem fil-kamp annwali tagħha fejn wieħed jista’ jsegwi l-migrazzjoni tal-għasafar.
Qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex jirrappurtaw lill-Pulizija f’każ li jinnutaw li għasafar protetti huma fil-mira, jekk isibu għasafar imweġġgħin jew jekk jiġu mhedda waqt li jkunu jgawdu l-kampanja.
Fil-kamp tagħha ta’ din is-sena, li jibqa’ għaddej sal-aħħar ta’ Settembru, mal-membri ta’ BirdLife Malta se jingħaqdu voluntieri minn 7 pajjiżi differenti.
BirdLife fakkret li l-kaċċa tal-ħarifa fetħet fl-1 ta’ Settembru u tibqa’ għaddejja sal-31 ta’ Jannar 2015. Il-kaċċa tista’ ssir, sostniet BirdLife Malta, fuq 41 speċi ta’ għasafar differenti. Qalet li madankollu, diġa’ qed jidħlulha rapporti ta’ kaċċa fuq speċi protetti. 

Ritratt: Stanimira Deleva