BirdLife tħeġġeġ lill-PM jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa f’każ ta’ ksur ta’ liġi

BirdLife Malta kitbet lill-Prim Ministru Joseph Muscat u ħeġġitu biex jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, li se jiftaħ mill-Ħadd, malli jitwettqu l-illegalitajiet, speċjalment fuq għasafar protetti.
BirdLife fakket u faħħret lill-Gvern għall-pożizzjoni ta’ tolleranza żero li kellu r-rebbiegħa li għaddiet meta l-istaġun ngħalaq b’mod bikri wara li nqatel għasfur protett.
Sostniet li kull staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa jġib mewġa akbar ta' għasafar protetti li jispiċċaw fil-mira tas-snieter u esprimiet it-tħassib tagħha meta qalet li fil-ġimgħat li għaddew għasafar protetti diġà sfaw fil-mira ta’ kaċċaturi.
Għalhekk ħeġġet lill-Gvern ikun konsistenti mal-pożizzjoni tas-sena li għaddiet kontra l-kaċċa illegali.