BirdLife tappella lill-PM jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa

BirdLife Malta qed issostni li minn meta nfetaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, inqatlu tajr protett u għalhekk il-Prim Ministru għandu, bħas-sena li għaddiet, jagħlaq l-istaġun.
Fakkret li għandha grupp ta’ osservaturi fil-kampanja biex isegwu l-attivitajiet marbuta mal-kaċċa, waqt li qalet li hu “iktar minn ovvju li hekk kif jidhru għasafar protetti, dawn se jkunu fil-mira tal-kaċċa”.