Birdlife ssostni li l-preżenza tal-Pulizija ma żdidietx

Birdlife Malta qed issostni li matul l-ewwel jiem tal-kaċċa fil-ħarifa mhix qed tara preżenza akbar tal-Pulizija kif imwiegħed mill-Gvern fil-bidu tax-xahar.

Għalhekk, issostni Birdlife. mhux qed isir l-infurzar meħtieġ u qed jiġu rrappurtati każi fejn kaċċaturi qed jisparaw fuq għasafar protetti.

Jirriżulta li minħabba r-riħ mill-majjistral l-ammont ta' għasafar migratorji naqas iżda Birdlife xorta qed tirċievi rapporti mill-pubbliku fejn saret kaċċa fuq għasafar protetti.

Birdlife Malta qatel li ġabret ukoll għasafar protetti milquta mill-kampanja.

Fi stqarrija jingħad li filwaqt li l-volontiera tar-Raptor Camp qed jaraw il-preżenza tal-Pulizija u s-suldati, b'mod speċjali fiż-żona tal-Buskett, in-numru tagħhom huwa ferm inqas minn dak imwiegħed mis-Segretarju Parlamentari.

Għalhekk, Birdlife Malta qed issostni li dan l-ammont ta' Pulizija mhux biżżejjed biex ikun hemm ħarsien tal-liġi.