BirdLife Malta tingħata premju għall-ħidma kontra l-kaċċa

BirdLife Malta rċeviet premju għall-ħidma tagħha biex twaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa fil-Gżejjer Maltin.
Il-premju ngħata mill-League Against Cruel Sports li f’April li għadda żar Malta biex jgħin lil BirdLife Malta fil-kampanja biex titwaqqaf il-kaċċa ta’ tliet ġimgħat fuq għasafar li jkunu qed ipassu minn fuq Malta.
Il-League Against Cruel Sports hija għaqda li ġġib flimkien nies li jħobbu l-annimali. L-għaqda temmen li l-krudeltà fuq l-annimali taħt il-kappa tal-isports jew passatemp m’għandiex post f’soċjetà moderna.
F’kummenti, Joe Duckworth, Kap Eżekuttiv tal-organizazzjoni, irringrazja lill-BirdLife Malta għall-ħidma u d-dedikazzjoni tagħha. Qal li se jibgħu jgħinu lill-BirdLife Malta fil-ġlieda kontra l-kaċċa biex titwaqqaf “il-persekuzzjoni fuq għasafar li jkunu qed ipassu.”
Min-naħa tiegħu id-Direttur Eżekuttiv tal-BirdLife qal li jinsabu onorati li l-organizazzjoni rċeviet dan il-premju u qal li se jkomplu jaħdmu biex “titwaqqaf il-kaċċa li għandha effett fuq il-konservazzjoni ta’ tipi importanti ta’ annimali.”