Ritratti: Birdlife Malta tikkonferma li nqatel fjamingu f’Għawdex

Birdlife Malta kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li tard nhar is-Sibt waranofsinhar kaċċatur qatel fjamingu li kien għaddej mill-inħawi tax-Xatt l-Aħmar limiti ta’Għajnsielem.

Persuna li kienet fuq il-post għamlet rapport l-għassa tal-pulizija tar-Rabat fejn qalet li għal ħabta tal-5.30 pm, kaċċatur li kien għaddej mill-inħawi spara fuq il-fjamingu.

Wieħed mill-klieb li kellu r-raġel qabeż għall-fjamingu fil-baħar.

Ilbieraħ Newsbook.com.mt ħareġ din l-aħbar, madanakollu l-pulizija ma setgħetx tikkonferma l-informazzjoni minħabba li qalet li ma kienet irċeviet l-ebda rapporti.