BirdLife Malta tħeġġeġ biex tiġi rrappurtata l-kaċċa llegali

BirdLife Malta ħeġġet lill-pubbliku sabiex jirrapporta l-kaċċa llegali. Fi stqarrija ntqal li f’kull Ħarifa tirċievi numru ta’ telefonati mill-pubbliku li jirrappurtaw kaċċa llegali f’zoni protetti. Madanakollu, Nicholas Barbara minn BirdLife Malta ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jirrapporta dawn l-inċidenti lill-pulizija wkoll.

Intqal li BirdLife Malta qed tgħaddi għasfur ferut tat-tip ‘kwakka’ li nstab ilbieraħ fil-Mellieħa, biex jittieħed għall-kura kawża tat-tiri li sofra. Madanakollu, Agrett Isfar ittieħed fir-riserva naturali fix-Xemxija llum wara nofsinhar wara li kien mdewwi.

Nicholas Barbara qal ukoll li hi realtà kerha li l-bidu tal-istaġun tal-kaċċa jaħbat eżatt mal-bidu tal-migrazzjoni tal-Ħarifa, hekk kif dan iwassal għall-qtil ta’ diversi għasafar protetti. Hu temm jgħid li fir-realtà, kulħadd jista’ jgħin sabiex tittieħed azzjoni.