Birdlife Malta se twettaq monitoraġġ waqt il-kaċċa fil-ħarifa

Birdlife Malta tilqa’ b’sodisfazzjon l-istqarrija tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali li se jiżdiedu l-Pulizija waqt l-istaġun tal-kaċċa fil-Ħarifa u li se jiħraxu l-pieni lil dawk li jinqabdu jipprattikaw il-kaċċa b’mod illegali.

Birdlife Malta iżda ssostni hekk kif din il-miżura ma ġietx abbinata ma kerfju intilfet opportunità li tiġi miġġielda l-kaċċa llegali b’mod aktar effettiv.

Matul dan iż-żmien tal-kaċċa, Birdlife Malta se tkun qed twettaq monitoraġġ tal-għasafar u se tirrapporta lill-Pulizija kull attività ta’ kaċċa llegali.

Ir-Raptor Camp tal-Birdlife se jibda mill-15 ta’ Settembru li ġej.