BirdLife Malta bi programm edukattiv għal skejjel Għawdxin

BirdLife Malta dan l-aħħar nediet inizjattiva edukattiva fil-miftuħ bil-għan li tinkoraġixxi aktar skejjel Għawdxin biex jipparteċipaw fil-programm edukattiv bl-isem ta’ Dinja Waħda. Bl-ewwel sessjoni ssir ma’ klassi tat-tieni sena primarja f’Ta’ Kenuna Botanical Gardens ġewwa n-Nadur.

Studenti mill-iskola primarja tar-Rabat Għawdex lagħbu xi logħob, għamlu crafts minn materjali li sabu fuq il-post kif ukoll tgħallmu joħolqu l-hekk imsejħa ‘bug hotels’

Skont BirdLife Malta, attivitajiet edukattivi barra mill-iskola jagħmlu tajjeb lit-tfal . Huma stqarrew li inizjattivi ta’ din ix-xorta huma pjanati li jibdew isiru aktar regolari tul is-sena skolastika għal skejjel Għawdxin.