Birdlife: It-tneħħija tal-istrutturi illegali tal-kaċċa m’għandhiex tkun skuża

BirdLife Malta qalet li t-tneħħija tal-istrutturi illegali li jintużaw għall-kaċċa u l-insib f’żoni protetti għandu jkun prijorità assoluta għall-gvern. Madankollu intqal li din ma għandhiex tintuża bħala skuża sabiex jerġa’ jitħalla l-insib fuq l-isponsun.
Birdlife Malta qalet li kellha numru ta’ volontiera minn tagħha li ħadu sehem fl-inizjattiva fil-Park Majjistral u esprimiet it-tama li din tkun l-ewwel minn sensiela ta’ attivitajiet bħal dawn.
Fl-istess waqt intqal li din ma tridx titqies lanqas bħala miżura li se tpatti għall-ħsarat li saru f’għexieren ta’ snin ta’ kaċċa u nsib.