Bir-raġun li ż-żgħażagħ jagħżlu Labour – PL 

Arkivji

Il-Partit Laburista qal li hemm diversi raġuni għaliex iż-żagħżagħ għandhom jagħżlu lill-partit.

Fi stqarrija, il-PL fakkar kif kien tahom id-dritt juvvutaw, żied l-istipendji, u neħħa l-miżati mill-eżamijiet tas-SEC u tal-MATSEC. Il-partit qal li d-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia li għamel ilbieraħ huwa kundanabbli meta qal li l-Gvern irid diskussjoni dwar l-użu rikreazzjonali tal-marijuana biex jirbaħ il-vot taż-żagħżagħ ta’ sittax il-sena. Skont il-PL, “il-ġenerazzjoni sittax tagħmel l-għażliet tagħha fuq għadd ta’ temi li jolqtu lilha, lill-pajjiż u l-ġenerazzjonijiet futuri bħall-edukazzjoni, l-opportunitajiet ta’ xogħol, l-ambjent u l-kultura, fost oħrajn.”

Il-PL żied jgħid li filwaqt li d-diskussjoni fuq l-użu rikreazzjonali tal-marijuana trid issir, għax hija realtà li wieħed m’għandux jinjora, din għandha ssir b’għaqal u mingħajr l-estremiżmu ta’ Adrian Delia.