​Bir-raġun jekk ħassejt is-sħana llum!

Illum it-Tlieta t-temperatura  laħħqet is-26 grad Celsius u għaldaqstant kienet l-iktar ġurnata sħuna s’issa din is-sena.
Skont is-sit FirstMalta, l-aħħar li t-temperatura kienet f’dawn il-livelli kien f’Ottubru 2017.
L-istess sit illum nieda websajt ġdida tat-temp li turi t-tbassir għall-għaxart ijiem li jmiss għall-Gżejjer Maltin.
Id-dettalji jinkludu t-temperaturi, ir-riħ u jekk ikunx hemm tibdil fit-temp matul il-ġurnata u fi xħin tkun se tagħmel ix-xita.
Ritratt: FirstMalta