“Bir-raġġi tax-xemx spiċċajt inbati bil-kanċer” – żagħżugħ

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-ġurnalist Karl Wright jitkellem ma’ żaġħżugħ li kellu l-kanċer tal-ġilda. Jirrakkontalna kif induna, kienx konxju tat-tifsira tal-melanoma jew il-kanċer tal-ġilda u x’azzjoni ħa. Nistaqsuh fiex kienet tikkonsisti l-kura u jħossx li hu persuna ffurtunata li qabad dan il-kanċer fi stadju bikri.
Ħarsa lura lejn it-tfulija tiegħu, jistqarr li ma kienx jieħu ċertu prekawzjonijiet, speċjalment fi ġranet ta’ xemx qawwija. Jagħmel ukoll l-appelli tiegħu, speċjalment lill-ġenerazzjoni żagħżugħa.
Dwar dan kollu u aktar, iwieġeb min ġarrab il-kanċer tal-ġilda fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook.com.mt.

Filmat: Reel8 Productions Ltd.