Biondo jagħti sorpriża lil Emma

Emma Muscat and Biondo

Wara li nqala’ mill-programm Amici s-Sibt li għadda, Biondo mar sa ħdejn Emma sabiex jagħtiha sorpriża.
Kull min isegwi l-programm seta’ jara li Emma kienet tinsab imdejjqa minħabba l-fatt li Biondo tkeċċa mill-iskola u bdiet issib lilha nnifisha ftit waħeda.
Għal din ir-raġuni, il-programm Amici ddeċieda li jagħti ċ-ċans lil Biondo jżur lil Emma bħala sorpriża.
Il-Ħadd, l-avventura ta’ Emma fil-programm Amici tkompli hekk kif qed tasal dejjem aktar viċin għall-finali.