Filmat: Biondo f’serje fuq l-Instagram

Is-segwaċi ta’ Biondo, li niftakruh mit-talent show Amici, issa se jkun wieħed mill-protagonisti ta’ serje ġdida bl-isem ta’ Instalovers. Din hi sensiela ġdida li tħabbret fl-aħħar ħin u li se tkun l-ewwel waħda għal fuq il-YouTube u l-Instagram.

Ovvjament peress li din hija sensiela, Biondo mhux se jkun waħdu u hemm bosta ismijiet magħrufa fosthom Martina Nason, rebbieħa tas-16-il edizzjoni tar-reality show Grande Fratello.

Din is-sensiela se tanalizza kif in-nies kienu jħarsu lejn ir-relazzjonijiet qabel ma tfaċċat il-midja soċjali meta mbagħad tiġi mqabbla mal-mod kif qed isiru l-affarijiet illum.

Se jkun vjaġġ interessanti hekk kif il-pubbliku qed jiġi mistieden biex ukoll jgħaddi lit-tim ta’ Instalovers, l-istejjer tagħhom.