Bint Whitney Houston tinstab mitlufa minn sensieha f’banju

It-tifla tal-kantanta Amerikana Whitney Houston instabet mitlufa minn sensieha f’banju f’darha stess fl-Istati Uniti.
Il-Pulizija Amerikana qalet li Bobbi Kristina Brown ta’ 21 sena instabet f’dak l-istat minn żewġha u ħabib.
Bobbi Kristina Brown hi bint Whitney Houston u l-kantant Bobby Brown.
Whitney Houston kienet instabet mejta f’banju f’lukanda f’Los Angeles fi Frar 2012 meta kien għad kellha 48 sena.
Mill-investigazzjonijiet li kienu saru irriżulta li Whitney Houston mietet wara li għerqet b’mod aċċidentali minħabba l-effett tal-kokaina u problemi fil-qalb.
Brown ittieħdet fi sptar f’Roswell qrib Atlanta b’ambulanza.