Bint Bill Clinton titħallas €55,000 għal diskors

Wara ommha Hillary u missierha Bill, anke Chelsea Clinton issa daħlet fin-negozju tal-familja.
Skont in-Newy York Times, l-eks “first daughter” Amerikana titħallas sa €55,000 biex tagħti diskors fil-pubbliku. 
Imma kelliema tal-familja Clinton ippreċiżat li l-flus kollha ta’ Chelsea jmorru għall-Fondazzjoni Clinton.   
F’dawn l-aħħar 10 snin, mis-suq tal-konferenzi bi ħlas il-familja Clinton iggawdanjat aktar minn €73 miljun.