​Binjiet f’Tas-Sliema u l-Gżira bl-ogħla livell ta’ protezzjoni

Għadd ta’ binjiet f’Tas-Sliema u l-Gżira ngħataw status ta’ protezzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-valur arkitettoniku l-wirt kulturali tagħhom. 
Uħud mill-binjiet jinkludu l-iskola tas-Sależjani ta’ St Patrick’s, il-post fejn kien hemm il-lukanda Savoy, l-Imperial Hotel, kif ukoll iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira. 
L-ogħla livell ta’ protezzjoni ngħata lill-bini fejn hemm il-pompa tal-ilma fil-Gżira u l-inħawi tal-Fortizza u tat-Torri f’Tas-Sliema. 
Binjiet li ngħataw it-tieni grad ta’ protezzjoni kienu jinkludu xi djar fi Triq Stella Maris u fi Triq il-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema, żewġ ħwienet tal-merċa antiki u l-Palazz Capua.