Binja ġdida għat-taqsima ta’ kontra t-terroriżmu

Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia awgura binja ġdida għat-taqsima ta’ kontra t-terroriżmu fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. Issa t-taqsima għandha mhux biss bini ġdid minn fejn topera iżda wkoll apparat ġdid li bih jistgħu jaħdmu b’mod aktar effiċjenti.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li nxtara ħafna apparata għal numru ta’ sezzjonijiet tal-Korp, fosthom fit-taqsima ta’ kontra t-terroriżmu. Il-Ministru Farrugia saħaq fuq l-importanza ta’ ħidma ma’ korpi dixxiplinati oħrajn li twassal għal aktar riżultati effettivi u effiċjenti.