Bini Gwardamanġa: Residenti jorqdu barra biex joqogħdu għassa mal-bini

Read in English.

Residenti li ċeda ħajt fl-appartament tagħhom fi Gwardamanġa minħabba kostruzzjoni li għaddejja ħdejn il-binja qattgħu l-lejl barra biex joqogħdu għassa mal-binja. Skonthom, l-iżviluppatur ma jridx iħallas għal uffiċjali tas-sigurtà biex jagħmlu l-għassa.

Dan qalitu Janet Walker fuq Facebook, waħda mir-residenti li spiċċat bla saqaf fuq rasha minħabba dan l-inċident li ġara nhar il-Ħamis. Stqarret li waqt il-programm Xarabank li fih ġiet diskussa s-sitwazzjoni, hija ħassha ħażin tliet darbiet, għax filwaqt li erba’ familji qed jorqdu ġo lukanda permezz tal-għajnuna li kisbu, fadal familja li qed torqod barra.

Aqra: Filmati u Ritratti: Jiġġarraf ħajt ta’ blokka ta’ appartamenti fi Gwardamanġa

Qalet li l-ġirien tagħha infurmawha li raqdu barra biex joqogħdu għassa mal-binja peress li ma kienx hemm uffiċjali tas-sigurtà. Dan qed jagħmluh għax għandhom kullimkien miftuħ u qed jibżgħu li jispiċċaw aktar b’ta’ fuqhom senduqhom. Meta għamlu rapport dwar dan, ġew infurmati li hu l-iżviluppatur li jrid iħallas għall-uffiċjali, iżda dan mhux lest iħallas.

Aqra: Ara x’ġara xahar qabel fil-istess binja fi Gwardamanġa

Walker appellat lill-awtoritajiet biex jieħdu azzjoni dwar dan. Insistiet li huma ċittadini Maltin li jħallsu l-bolla u t-taxxa, li mhumiex sinjuri u m’għandhomx poter. Għalhekk, appellat lin-nies biex ixerrdu l-kelma forsi l-messaġġ tagħha u tal-ġirien tagħha għall-għajnuna f’din is-sitwazzjoni jasal.

Aqra: Il-familja li spiċċat bla saqaf tappella għall-għajnuna biex issib appartament