Bini f’sit arkeoloġiku l-Mosta jista’ jsir minħabba l-‘valur baxx’ tiegħu

Studji arkeoloġiċi kkonfermaw li s-sit fil-Mosta fejn se jinbena proġett ta’ AX Holdings għandu valur arkeoloġiku baxx, u l-permess għall-iżvilupp inħareġ wara li ġiet ikkonsultata s-Savratindenza tal-Wirt Kulturali.
L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) qalet dan fi stqarrija, wara li lbieraħ il-Partit Demokratiku ġibed l-attenzjoni u kkritika x-xogħlijiet li għaddejin bħalissa b’rabta ma’ żvilupp fiż-żona storika magħrufa bħala Wesgħa tal-Ġganti fil-Mosta.
Żied jgħid li s-Sovratindenza tal-Wirt Kulturali ftit li xejn ordnat li jkun hemm monitoraġġ waqt ix-xogħol u ma oġġezzjonatx għalih.
Illum, il-PA enfasizzat li l-permess inħareġ wara li kien diġà sar studju fl-2013, u l-applikazzjoni għall-iżvilupp kienet konformi ma’ proċeduri legali.
Fil-fatt, tkompli l-istqarrija, il-permess jinkludi li jridu jitħarsu l-kundizzjonijiet kollha imposti mis-sovratindenza, fosthom li x-xogħlijiet iridu jsiru taħt l-għajn ta’ arkeologu appuntat minnha. Dan qed isir, qalet il-PA.
Is-sit li fih qed isir l-iżvilupp, li jinkludi showroom, ħames maisonetts, seba’ appartamenti, erba’ penthouses u 18-il garaxx, jinsab f’sit akbar magħruf bħala Tal-Qares, li fl-2006 ġie ddiżinjat bħala sit li fh tista’ tibni.
L-awtorità ttemm tgħid li meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-iżvilupp, il-valur arkeoloġiku tal-post ingħata importanza sfiqa, u saru studji fil-fond sabiex jiġi protett il-wirt kulturali f’dal-post.