Billboard tal-PN jingħata n-nar

Ġie vvandalizzat l-aħħar billboard tal-Partit Nazzjonalista li qiegħed fit-telgħa li tagħti għar-Rabat.

Jidher li fis-sigħat li għaddew xi ħadd iddeċieda li jagħti n-nar il-billboard li fih ma jidhirx wiċċ il-Mexxej Laburista.

Ftit tal-ġimgħat ilu, billboard tal-Partit Laburista li jinsab fid-daħla ta’ Ħaż-Żebbuġ spiċċa fil-mira tal-vandali hekk kif twaddablu xi żejt. Il-ħsara kienet saret ukoll mal-proprjetà li miegħu hu mwaħħal il-billboard.