Bill Gates jasal Malta fuq yacht ta’ €246,000,000

Bill Gates, il-fundatur ta’ Microsoft u l-iktar raġel sinjur tad-dinja, wasal Malta għal vaganza fuq yacht li jiswa €246,000,000. Sabiex jikri dan il-yacht għalih u għal familtu, Gates qed iħallas madwar €3,730,000 fil-ġimgħa.
Il-yacht, li jismu “The Serene” hu twil 450 pied u għandu 12-il kamra statali, pool bl-ilma mielaħ, ħajt li tista’ titla’ miegħu, librerija, spa, teatru ta’ barra, u anke nightclub.
Gates qed jikri l-yacht mid-distributur tal-iStolichnaya vodka, Yuri Scheffler. Scheffler, li hu Russu, hu magħruf għall-fatt li ġġieled kontra l-President Russu Vladimir Putin meta dan prova jinnazzjonalizza u jqassam il-ġid kollu ta’ Stolichnaya.