Biljunarju jinstab mejjet f’daru taħt ċirkustanzi suspettużi

Biljunarju u martu nstabu mejta f’darhom taħt ċirkustanzi deskritti mill-Pulizija bħala “suspettużi”.
Il-katavri ta’ Barry Sherman, biljunarju Kanadiż, u martu Honey instabu fil-basement minn aġent li jieħu ħsieb il-bejgħ tal-propjetà.
Sherman kien il-fundatur u ċ-ċermen tal-kumpanija tal-farmaċewtika Apotex li tbiegħ mediċini ġeneriċi madwar id-dinja.
Huwa kien wieħed mill-iktar persuni sinjuri fil-Kanada.
Fi stqarrija l-Pulizija Kanadiża qalet li ma nstabu l-ebda sinjali li ħsara fil-propjetà, filwaqt li skont il-midja internazzjonali l-investigaturi mhumiex qed ifittxu suspettati partikolari f’dan l-istadju.