Biljunarju Ingliż jikkunsidra jiffinanzja bil-miljuni gruppi anti-Brexit

L-industrijalist biljunarju Brittaniku, George Soros, ta aktar minn £7,000 lil gruppi li huma kontra l-Brexit, u qal li qed jikkunsidra li jkompli jsostnihom bil-miljuni.
Dan il-pass ta’ Soros ġej mill-fatt li hu qatt ma qabel mal-Brexit, wisq anqas mar-referendum li ta f’idejn il-poplu biex jiddeċiedi dwar il-futur tar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea.
Skont Soros, ir-referendum kien żball fatali meħud minn persuni bla skrupli.
In-negozjant ta’ 87 sena argumenta li r-referendum ma ntrebaħx b’maġġoranza assoluta, u li ma qiesx il-bidliet maġġuri li se jkollhom iseħħu minn issa ’l quddiem.
Żied jgħid li bir-Renju Unit barra l-UE, tal-ewwel se titlef ħafna mill-influwenza globali li għandha, u 45 sena ta’ integrazzjoni meqjusa suċċess fi ħdan l-Unjoni, dan kollu se jitreġġa’ lura.
Soros ġie kkritikat ferm tul dan l-aħħar żmien, u ħafna rrakkomandawlu biex idabbar rasu u ma jindaħalx f’dawn id-diskussjonijiet.
Hu għalhekk li, mimli rabja, Soros ħabbar li se jikkunsidra jtella’ l-finanzjament tiegħu lil dawk il-gruppi li qed iħabirku biex ir-Renju Unit jibqa’ fl-UE.