Biljun student affetwati mill-għeluq tal-iskejjel madwar id-dinja

Read in English.

Biljun student kienu affettwati mill-għeluq tal-iskejjel skont in-Nazzjonijiet Uniti. Dan hekk kif sa minn nofs Lulju tal-2020, l-iskejje kienu ngħalqu f’160 pajjiż.

Il-Kap tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres ħareġ avviż jgħid li meta wieħed jiddisturba l-edukazzjoni tat-tfal, dan jista’ jwassal għal katastrofi.

Skont il-Euronews, madwar 40 miljun tifel u tifla tilfu l-edukazzjoni li tingħata fil-livelli tal-kindergarten. Dan is-snin huma kruċjali fl-iżvilupp u l-edukazzjoni tat-tfal.

Guterres qal ukoll li l-pandemija tal-coronavirus żiedet l-inugwaljanzi ma’ komunitajiet żvantaġġjati, inkluż ir-refuġjati.

Euronews irrappurtat ukoll li qabel il-pandemija 250 miljun tifel u tifla ma kinux qed jirċievu edukazzjoni, filwaqt li kwart biss ta’ studenti tal-livell sekondarju f’pajjiżi tat-tielet dinja kienu qed joħorġu mill-iskejjel b’ħoliet bażiċi.

Il-Kap tal-UN ħeġġeġ lill-gvernijiet sabiex iżidu l-investiment tagħhom fl-edukazzjoni u jindirizza id-digital divide.