Biljetti ta’ €50 għal min ibbukkja ma’ Thomas Cook

Malta International Airport plc

Read in English.

L-Air Malta se tkun qed tassisti biex persuni li kellhom xi titjira bbukjata mal-kumpanija Thomas Cook, ikunu jistgħu jibbukkjawil-biljetti tagħhom mal-Air Malta. Il-Kumpanija Air Malta qalet dan wara li l-kumpanija Thomas Cook ħabbret il-falliment tagħha u b’riżultat ta’ dan eluf ta’ passiġġieri kellhom it-titijiet tagħhom ikkanċellati.

Ara: Tfalli l-kumpanija Thomas Cook

Sabiex jindirizzaw dan l-inkonvenjent il-kumpanija Air Malta ħabbret li se jkun hemm titjiriet li jiswew €50 kull persuna mingħajr it-taxxa. Din l-offerta hija miftuħa biss għal dawk il-persuni li għandhom il-biljett tat-titjiera tal-kumpanija Thomas Cook.

Il-Pajjiżi li minnhom l-Air Malta qed toffri dawn it-titjiriet huma Amsterdam, Brussel, Birmingham, Londra Heathrow, Gatwick u Southend, Berlin, Bristol, Dusseldorf, Frankfurt, Hamburg, Leipzig, Munik, Pariġi Orly u Charles De Gaulle, Marseille, Lyon, Milan, Ruma, Ġenova, Zurik u Vjenna.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw billi wieħed iċempel fuq +356 21662211 mill-Erbgħa 24 ta’ Settembru sat-Tlieta 15 ta’ Ottubru.