Biljetti b’xejn għal Burj Khalifa meta ssiefer mal-Emirates għal Dubaj

Read in English.

: L-Emirates, l-akbar linja tal-ajru internazzjonali fid-dinja, għadha kif ħarġet tariffi speċjali għal Dubaj għal dan is-sajf u biljetti b’xejn għall-quċċata tat-torri The Top – Burj Khalifa, l-ogħla bini fid-dinja. Wieħed jista’ jippjana l-btala tiegħu u jesplora din il-binja ikonika tal-belt li hija wkoll l-akbar attrazzjoni turistika.

Il-klijenti tal-Emirates jistgħu jsarrfu l-offerta billi jibbukkjaw it-titjira tagħhom għal Dubaj mis-sit www.emirates.com sat-23 ta’ Ġunju 2019, u jsiefru sat-30 ta’ Settembru 2019. Għall-passiġġieri tal-Klassi Ekonomika it-tariffi speċjali jibdew minn €499. Meta dawn jixtru l-biljetti tal-ajru, l-Emirates tibagħtilhom kodiċi b’mod elettroniku, f’temp ta’ 96 siegħa, li bih ikunu jistgħu jidħlu f’The Top.

Il-klijenti jistgħu jagħżlu li jmorru The Top mit-8:30 sas-14:30 u mis-19:00 sal-23:00 matul il-btala tagħhom f’Dubaj.

L-Emirates ħasbet ukoll li tkompli ttejjeb din l-esperjenza b’offerti esklużivi f’iżjed minn 500 post. Dawk li jmorru Dubaj, jistgħu juru l-boarding pass tal-Emirates sal-31 ta’ Awwissu 2019 u jaħtfu dawn l-offerti.

B’dan il-pass esklużiv il-klijenti jistgħu jgawdu minn roħs sa 50% f’aktar minn 400 restorant lussuż, f’madwar 50 spa għal trattamenti tas-saħħa u s-sbuħija, u jieħdu sehem f’attivitajiet ta’ divertiment bħal indoor skiing u avventuri bl-ilma fil-parks tal-ilma. Barra minn hekk, hemm ukoll roħs sa 30% minn ħwienet internazzjonali li jinkludu ditti popolari ta’ ħwejjeġ u ta’ prodotti tal-eżerċizzju fiżiku.

Bl-Emirates Pass tkun tista’ dduq l-ikel mill-itjeb u tara l-attrazzjonijiet impressjonanti li toffri l-belt ta’ Dubaj, kif ukoll tixtri prodotti lussużi. Biex tara l-offerti kollha marbutin mal-My Emirates Pass, idħol hawn.

Dawk li jmorru Dubaj jistgħu jmorru fil-bajjiet mill-isbaħ tal-belt, fir-restoranti lussużi, fiċ-ċentri kbar tal-ħwienet esklużivi u, fuq kollox, jagħmlu avventura fid-deżert. Hemm żgur xi ħaġa għall-gosti ta’ kulħadd. F’din il-belt, b’numru impressjonanti ta’ skyscrapers, l-esperjenza f’Burj Khalifa ma tistax titlifha għax toffrilek veduta eċċezzjonali tal-belt minn fuq u opportunità biex tħares lejn id-dinja minn perspettiva differenti.

Siefer komdu mal-Emirates u gawdi wkoll l-esperjenza tiegħek fl-ajru. Is-sistema rebbieħa ta’ divertiment tal-linja tal-ajru, bl-isem ice, tinkludi 4,000 stazzjon bl-aħħar films, mużika u programmi. Il-klijenti jingħataw b’xejn ukoll xorb u ikel minn reġjuni differenti tad-dinja, u jiġu servuti mill-kru multikulturali tal-kabina tal-ajru.

Tagħrif ieħor fuq l-Emirates, biex tibbukkja t-titjira, u għat-termini  u l-kundizzjonijiet, idħol fis-sit www.emirates.com, staqsi lill-aġent tal-ivvjaġġar, jew mur l-ajruport fl-Uffiċċju tal-Bejgħ tal-Emirates.

Japplikaw xi termini u kundizzjonijiet.