Bilbords f’Londra jinkoraġixxu l-immigranti jmorru lura

F’Londra qamet kontroversja dwar reklami fuq vannijiet li qed jiċċirkolaw mal-kapitali Ingliża. Fuq dawn il-bilbords hemm il-kliem ‘’Go home or face arrest’’ u huma ndirizzati lejn l-immigranti rregolari li jidħlu fil-pajjiż. L-għan wara dawn is-sitt bilbords hu li jinkoraġixxu l-immigranti biex jitilqu mir-Renju Unit.

Fuq dawn il-vannijiet jidhru ukoll ċifri ta’ kemm minn dawn l-immigranti jiġu arrestati jew ikollhom inkwiet mal-pulizija sakemm ikunu f’Londra. Bilbord partikolari jispjega wieħed x’għandu jagħmel jekk daħal fir-Renju Unit bla permess. Dan filwaqt li l-istess reklam jagħti numru tat-telefon fejn wieħed jista’ jċempel filwaqt li hemm imniżżel il-kliem “nistgħu ngħinuk tmur lura pajjiżek mingħajr riskju ta’ arrest jew detenzjoni.”