“Bil-liġi Ignatius Farrugia kellu jingħata l-libertà”

L-Avukat Franco Debono qal li kienet biss darba li s-Sindku taż-Żurrieq Ignatius Farrugia tressaq il-Qorti b’każ ta’ fastidju u għalhekk bil-liġi kellu jingħata l-libertà.
Waqt il-programm Ta’ Bundy, Debono spjega li l-appell jikkonferma l-ewwel deċiżjoni tal-Qorti fejn l-akkużat ikun ġie illiberat u jibdel fejn ikun instab ħati.
Debono spjega li l-Imħallef Giovanni Grixti illiberah mill-akkuża tal-fastidju u sabu ħati f’ parti li fis-sentenza ta’ qabel kien ġie illiberat.
Dwar is-sistema tal-Qorti, Debono qal hija msegilga. Madankollu qal li qed issir ħidma biex is-sistema tal-Qorti tinbidel u jittranġaw in-nuqqasijiet u d-difetti.
Tenna li r-riforma tal-ġustizzja ilha hemm mill-2011 u li issa jmiss li tkun implimentata.