Filmat: “Paceville dieħel ġo Pembroke” – resident

Ir-residenti ta’ Pembroke se jorganizzaw protesta li ġġib l-isem “Tidfnuniex Ħajjin” kontra l-iżvilupp propost fuq is-sit tal-ITS, nhar l-Erbgħa li ġej.  
Il-proġett propost jikkonsisti f’bini ta’ 37 sular, 14-il sular għola mit-torri ta’ Portomaso, u lukanda ta’ 19-il sular maġenbu.
L-attivisti se jiltaqgħu fis-6pm fil-pjazzetta fi Triq Pietru D’Armenia, u minn hemm se jmxu lejn l-ITS.
Din il-protesta qed tiġi organizzata mir-residenti, bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Din l-Art Ħelwa, Nature Trust (Malta), Friends of the Earth (Malta) u attivisti mill-Kamp Emerġenza Ambjent.
Il-publiku għandu sal-Ġimgħa 25 ta’ Mejju biex jagħmel oġġezzjoni formali mal-Awtorità tal-ippjanar. Wieħed jistà jagħmel din l-oġġezzjoni minn hawnekk. S’issa ntbagħtu 2,000 oġġezzjoni.
Ir-residenti diġa semmgħu leħinhom fi protesta oħra x-xhar li għadda. 
Dawk inkwetati dwar is-sitwazzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent fil-pajjiż huma mħeġġin jattendu din il-protestà.