Bil-bdoti fis-settur pubbliku se jkun hemm riperkussjonijiet – MEA

Dwana

Read in English.

L-Assoċċjazzjoni Maltija ta’ min iħaddem (MEA) ikkritikat id-deċiżjoni tal-Gvern dwar l-impjieg tal-bdoti li ġew imkeċċija mill-Air Malta, mas-settur pubbliku bl-istess paga. L-Assoċċjazzjoni qalet li din id-deċiżjoni hija ħażina fuq diversi fatturi.

Din id-deċiżjoni se twassal biex ikun hemm diskrepanza fil-paga bejn dawn il-ħaddiema u ħaddiema oħra li jagħmlu l-istess xogħol. L-MEA qalet li dan se jwassal biex il-Gvern mhux se jimxi ma’ dak li jgħid li huwa, li paga ndaqs għal xogħol indaqs.

Żiedu li l-garanzija li dawn il-bdoti se jieħdu l-istess paga waslet permezz ta’ ittra li mhux inkluża fil-collective agreement u din twassal għal diversi mistoqsijiet fosthom li normalment ittri li jindirizzaw kwistjonijiet personali ma jinvolvux il-kundizzjonijiet tax-xogħol. L-Assoċċjazzjoni ta’ min iħaddem qalet li l-kumpaniji huma obbligati li jibagħtu kompja tal-ftehim kelloettiv iffirmata lir-registrar tal-unjins u jinsabu dubjużi jekk din l-ittra kinitx inkluża mal-ftehim kollettiv meta kienet sottomessa lid-Dipartiment tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali.

L-MEA qalet li huwa nġust li ċerta ħaddiema li jiġu mkeċċija għandhom impjieg alternattiv meta oħrajn fis-settur privat m’għandhomx din l-opportunità. L-Assoċċjazzjoni qalet li dan huwa piż fuq is-settur pubbliku u se jkollu r-riperkussjonijiet tiegħu fis-settur privat. Huma appellaw li jekk l-Air Malta ma kinitx qed tara futur li tirkupra fil-futur qarib setgħet innegozjat pakkett raġonevoli mal-ħaddiema tagħha minflok ittieħdet din il-miżura.