“Biħsiebna ninvolvu lill-Oppożizzjoni” – Dr Joseph Muscat

Fl-intervista tal-ġimgħa fuq Newsbook, il-Mexxej Laburista Dr Joseph Muscat iwieġeb lill-ġurnalist Karl Wright dwar jekk jaħsibx li għandu jkun hemm limiti fil-qasam tat-trasparenza u l-kontabbilta. B’referenza għal tliet każi riċenti, il-Mexxej Laburista jintalab iwieġeb b’liema kejl tintalab u/jew tiġi aċċettata riżenja, jekk fuq kollox tintalab.

Dr Muscat jiġi wkoll iffaċjat b’mistoqsijiet marbuta ma’ proposti tal-Partit Laburista fil-qasam tal-familja, ewlenin fosthom dawk li jirrigwardaw libertajiet ċivili, unjonijiet ċivili, adozzjoni tat-tfal minn koppji tal-istess sess u saħansitra dwar l-abort.

In vista ta’ tmexxija Laburista mill-Gvern, Dr Muscat iwieġeb ukoll dwar kemm jaħseb li l-poplu jixtieq jara ministri fil-kabinett minn amministrazzjonijiet preċedenti, partikolarment dawk tas-snin tmenin, ladarba dawn għadhom jiffurmaw parti mit-team tiegħu.

Il-Mexxej Laburista jintalab jelabora dwar il-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari u dwar il-proposta tal-enerġija, in vista ta’ fond ital-Unjoni Ewropa. Fost oħrajn, Dr Muscat kien mistoqsi ukoll dwar is-separazzjoni bejn il-Knisja u l-Istat u dwar il-liġijiet li wiegħed li sas-sajf ikunu attwati jekk hu jirbaħ il-Gvern.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt.