Big Job: l-aqwa birra bbottiljata fl-Ingilterra

Il-birra Big Job ta’ St Austell dan l-aħħar ġiet inkurunata bit-titlu tal-Aqwa Birra bbottiljata fl-Ingilterra waqt l-edizzjoni tal-premju annwali prestiġjuż tal-CAMRA (Campaign for Real Ale). Din il-kompetizzjoni tirrikonoxxi l-aħjar birer tal-pajjiż fil-fliexken.
Il-birra Big Job saħħret lill-ġurija bil-konsistenza kremuża, bit-togħma ta’ ċitru u bl-aroma ta’ hops u lumi tagħha. Il-Big Job hi birra kbira, b’kontenut ta’ 7.2 fil-mija ABV u, kif qablu l-membri tal-ġurija, mhi xejn għajr barra fina.
Il-CAMRA tgħodd aktar minn 188,000 membru madwar id-dinja, u hi magħrufa bħala waħda mill-aktar kampanji ta’ suċċess tal-konsumatur li qatt kien hemm fir-Renju Unit. L-għan tagħha hu li żżid il-birer ales, ciders u perries ta’ kwalità, u l-pubs u l-clubs f’kull komunità.
Il-birrerija St Austell twaqqfet fl-1851 minn Walter Hicks ġewwa Cornwall fl-Ingilterra u għadha sal-lum 100% indipendenti u mmexxija mill-istess familja. St Austell Brewery tipproduċi ħafna mill-birer popolari tar-reġjun u topera negozju divers li qed ikompli jikber.
L-għażla tal-birer St Austell, inkluż il-Big Job, huma impurtati, irreklamati u mqassma minn Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited, membru tal-Grupp Farsons.