Biex tonqos… agħlaq għajnejk qabel tiekol

Minn studju ġdid ħareġ li ritwali żgħar jistgħu jgħinuk tkun iktar konxja ta’ x’qed tiekol u b’hekk tkun iktar iddixxiplinat fil-konsum tal-ikel. Din ir-riċerka ġiet ippublikata f’ġurnal tal-psikoloġija.

F’din ir-riċerka, il-parteċipanti ġew mitluba jipperformaw ritwali qabel kull ikla, min iħabbat mal-mejda u min jagħlaq għajnejh u jgħodd sal-għaxra.

Dawk li għamlu ritwali qabel l-ikel ikkunsmaw inqas kaloriji, xaħam u zokkor mill-grupp li ma għamlux dan.

Apparti milli tgħinek tnaqqas xi ftit mill-piż, din l-istess strateġija jista’ jkollha impatt fuq aspetti oħra tal-ħajja. Fi studju ieħor, din l-azzjoni wasslet lin-nies biex jagħżlu li jivvolontarjaw minflok imorru party.