Biex qed tiġi akkużata Lea?

Kif inhi Lea? Għaliex Sully ma jridx li jħalli lil Lea toħroġ barra mid-dar? Biex qed jakkużaha?

Niskopru dan u aktar fil-puntata tal-lum tas-sensiela Sorelle li Rewind qed iwasslu fuq TVM kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3pm, b’kitba ta’ Evelyn Saliba La Rosa u Dr Michael Vella Haber.

Stacey, li taħdem ma’ Leo u Rose, tgħid lil Malcolm dak li Paul kien qal lil Leo dwar it-testment li kien għamel.

Sorelle jkollu repetizzjoni fl-istess ġurnata fil-11.25pm u l-għada fis-6.15am fuq TVM, filwaqt li l-puntati ta’ ġimgħa sħiħa jixxandru wara xulxin is-Sibt mill-11am ‘il quddiem fuq TVM2.