Biex ma jistgħux jilagħbu l-Prinċpijiet George u Charlotte?

Il-Prinċpijiet George u Charlotte ma jistgħux jilagħbu b’aġġeġġi elettroniċi.
Dan hekk kif il-Prinċep William u d-Dukessa Kate pprojbixxewlhom li jilagħbu bihom. Minkejja dan it-tfal jgħixu ħajja normali bħal kull tifel u tifla oħra.
Mal-ġurnal US Weekly, il-Prinċep William u martu Kate qalu li fost il-ġugarelli favoriti ta’ uliedhom hemm il-karozzi u dak kollu li għandu r-roti għall-Prinċep George u l-prinċipessi għal Prinċipessa Charlotte.
Minkejja li l-Prinċep George qed jinnota li l-istil tal-ħajja tiegħu hija xi ftit jew wisq differenti minn ta’ tfal oħra, il-ġenituri tiegħu qed irabbuh saqajh mal-art. Dan hekk kif għalihom huwa importanti li uliedhom ikollhom ħajja normali.