Biex jibda jiffunzjona, jeħtieġ €50,000

L-Assoċjazzjoni li tassisti l-persuni nieqsa mid-dawl, ingħaqdet mal- Fondazzjoni għall-aċċessibiltà fl-IT, il-FITA,  biex joffru għall-wiri prodotti ta’ assistenza fiċ-Ċentru għal dawk nieqsa mid-dawl, magħruf bħala ADVICE.
Dan iċ-Ċentru hu mħaddem minn esperti tal-FITA u voluntieri mħarrġa u se jkun fil-post fejn jistgħu jiltaqgħu persuni li għandhom problemi bil-vista.
Malta jeħtieġ li tħares biss lejn is-suċċess li nkiseb f’pajjiżi oħra ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali stabbiliti. L-Istitut ikun jista’ jipprovdi assistenza, aċċess għall-informazzjoni u pariri li jgħinu fil-funzjonalità lil dawk neqsin mid-dawl u l-ħila biex jgħixu ħajja indipendenti u produttiva.
Iċ-Ċentru hu l-ewwel pass biex tintlaħaq din il-mira. Hu stmat li biex jibda jaħdem u jitħaddem, iċ-Ċentru jkollu bżonn mal-€50,000.