Biex it-tfal jagħmlu għażliet tajba għal dieta bilanċjata

Tnieda proġett ġdid biex it-tfal sa minn ċkunithom jitgħallmu kif jagħmlu għażliet tajba għal dieta bilanċjata.
Il-Health Factor Project tnieda fil-kindergarten taż-Żejtun mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo u mis-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne.
Il-proġett hu mifrux fuq ħmistax f’għadd ta’ skejjel tal-kindergarten.
Il-programm jenfasizza wkoll il-bżonn ta’ attività fiżika li jkun jinkludi għadd ta’ logħob li jħeġġu lit-tfal jiċċaqalqu.
Ritratt: DOI – Stephen Busuttil