Sejħa għal aktar demm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella biex aktar nies jersqu biex jagħtu d-demm. Dan għaliex li s-sħana naqqset l-attendenza b’mod sostanzjali.
Is-Servizz kompla javża li jekk is-sitwazzjoni ma taqlibx għall-aħjar, għadd ta’ pazjenti se jiġu affetwati.
Pero, is-Servizz faħħar l-inizjattiva taż-żgħażagħ involuti fil-festi li qed jagħmlu donazzjonijiet tad-demm hekk kif beda Awwissu u l-festi dalwaqt se jilħqu l-qofol tagħhom.
 Is-Servizz spjega li dan jgħin ħafna biex ir-rota tkompli ddur anke fil-jiem sħan tas-sajf.  Saħaq dwar l-importanza tal-għoti tad-demm b’risq dawk li ma jgawdux saħħithom jew li ma jistgħux jiċċelebraw il-festi.
L-għoti tad-demm jista’ jsir kuljum fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa bejn it-8am u s-6pm.
Fil-jiem li ġejjin l-għoti tad-demm jista’ jsir ukoll: 

  • Nhar il-Ħadd li ġej fil-Każin tal-Banda Nicolo Isouard il-Mosta mit-8:30am sas-1pm
  • Il-Ħadd ukoll fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex bejn it-8am u s-1pm

Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-Karta tal-Identità, il-Liċenzja tas-Sewqan jew Passaport Malti.