Biex inħeles Martin Galea kienu involuti persuni Libjani – PN

Il-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu kemm felħu biex Martin Galea ġie meħlus mil-Libja u rritorna Malta qawwi u sħiħ.
Fi stqarrija, il-PN qal li b'mod speċjali jirringrazzja lill-Konslu Malti fil-Libja Dr Marisa Farrugia, li fi kliem Martin Galea nnifsu 'salvatlu ħajtu'. 
Il-Partit Nazzjonalista qal li hu infurmat li fl-operazzjoni biex inħeles Martin Galea, kien hemm involuti numru ta' persuni Libjani, li huma viċin ta' Malta. Żied jgħid li dawn il-persuni għamlu ħafna xogħol minn wara l-kwinti.
Jawgura wkoll mistrieħ lil Martin Galea u li jirritorna lura għall-ħajja normali tiegħu wara l-esperjenza li għadda minnha.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott