Biegħu lit-tifel onlajn biex jistuprawh; il-koppja teħel il-ħabs

Omm Ġermaniża u s-sieħeb tagħha ġew ikkundannati għal stupru repetut fuq it-tifel tal-omm, kif ukoll għall-bejgħ tat-tifel fuq l-internet għas-sess.

Il-koppja ġew akkużati li abbużaw u stupraw it-tifel, li llum il-ġurnata għandu 10 snin, billi biegħuh lil irġiel oħra fuq hekk imsejjaħ darknet, parti mill-internet li wieħed jista’ jżur biss jekk ikollu s-software meħtieġ. Dan għamluh għal aktar minn sentejn u ffilmjaw l-abbuż iseħħ.

Il-Qorti ta’ Freiburg, fil-Ġermanja tat sentenza ta’ 12-il sena u nofs ħabs lill-omm u 12-il sena ħabs lis-sieħeb tagħha. L-omm instabet ħatja għal stupru, abbuż sesswali u prostituzjoni sfurzata fuq it-tifel.

Is-sieħeb kien diġà kkundannat fuq każijiet oħra  ta’ abbużi fuq it-tfal u għalhekk il-qorti ddeċidiet li wara li jservi s-sentenza, ir-raġel għandu jinżamm taħt kustodja preventiva.