Bieber jikser rekord ġdid fuq YouTube

Fis-27 ta’ Jannar Justin Bieber nieda s-sensiela Seasons fuq YouTube u mill-ewwel kiseb success kbir biha. Dan għaliex  kiser ir-rekord tan-numru ta’ nies li daħlu jarawha fl-ewwel ġimgħa tat-tnedija fuq din il-pjattaforma.

L-ewwel episodju ta’ Seasons rawha 32.65 darba, li qabżet bil-kbir Liza On Demand li fl-ewwel ġimgħa tagħha kienu rawha 24.7 miljun darba, u ferm aktar mill-ewwel puntata ta’ Cobra Kai li rreġistrat 21 miljun darba fl-ewwel ġimgħa meta tnediet.

Seasons tiffoka fuq l-aħħar erba’ snin ta’ Justin Bieber minn wara l-ħruġ tal-album Purpose.

Kienet ix-xewqa ta’ Bieber li dan ix-xogħol ġdid tiegħu ikun fuq YouTube għax wara kollox hu jaf is-suċċess tal-karriera tiegħu għal din il-pjattaforma, li minn fuqha hu kien ġie skopert.

Bieber għamel messaġġ fuq Twitter biex jirringrazzja lil dawk kollha li bdew isegwu Seasons u għamluha success.

Ritratt: Twitter/Justin Bieber

L-ewwel erba’ puntati ta’ Seasons se jkunu b’xejn fuq YouTube filwaqt li l-aħħar sitta se jkunu aċċessibbli fuq YouTueb Premium.