Bieb ta’ residenza f’Tas-Sliema jingħata n-nar

Ħadd ma weġġa’ meta bieb ta’ dar ingħata n-nar kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-12:45am fi Triq Rodolfu f’Tas-Sliema.
Il-Pulizija li marru fuq il-post tfew in-nar b’fire extinguisher iżda ħaddiema tat-tifi tan-nar ukoll marru fuq il-post biex jaraw li ma kienx hemm aktar periklu.
Il-mottiv ta’ dan l-inċident għadu mhux magħruf, bl-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.